Sfida jew challenge Challenge

Hemm 2 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.

There are 2 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 2
    Pictures, signwriting and video 2


Hemm żewġ sinjali għal SFIDA jew CHALLENGE. L-ewwel sinjal isir biż-żewġ idejn li jieħdu l-forma ta’ ponn bil-pala tħares ’l isfel. L-idejn jinbidlu malajr għall-forma ta’ U waqt li jogħlew u jersqu lejn il-ġnub. It-tieni sinjal isir bl-idejn forma ta’ 1 bil-pala tħares ’il ġewwa u l-ponot tal-werrejja jħarsu lejn xulxin ftit ’il bogħod minn xulxin. Il-werrejja joqomsu lejn xulxin u lura xi tlett darbiet.

There are two signs for CHALLENGE. The first sign uses both hands that take the shape of fists with the palms facing downwards. The hands quickly change to the shape of U as they move upwards and towards the side. The second sign is made with both hands in the shape of 1 with palms facing inwards and the fingertips of the index fingers pointing towards each other a little away from each other. The index fingers move jerkily towards and away from each other three times or more.